Maltese: The Uluru Statement from the Heart

Uluru

Source: Image - Jimmy Widders Hunt

F’Mejju 2017, delegati Aboriġini u Torres Strait Islander, ingħaqdu flimkien fil-Konvenzjoni Kostituzzjonali Nazzjonali tal-Ewwel Nazzjonijiet viċin Uluru u ppreżentaw l-Istqarrija mill-Qalb ta’ Uluru lill-poplu Awstraljan. L-Istqarrija titlob għal Vuċi tal-Ewwel Nazzjonijiet lill-Parlament, ippreservata fil-kostituzzjoni, u proċess għal ftehim (Trattat) u li tingħad il-verità. Kienet il-qofol ta’ 13-il Djalogu Reġjonali deliberattiv mal-Awstralja mal-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet. L-Istqarrija titlob li tkun stabbilita relazzjoni bejn il-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja u n-nazzjon Awstraljan, ibbażata fuq il-verità, ġustizzja u proċess li bih il-pajjiż imexxi lilu nnifsu. Mużika minn Frank Yamma. Ritratt minn Jimmy Widders Hunt.


Aħna, miġbura fil-Konvenzjoni Kostituzzjonali Nazzjonali tal-2017, ġejjin minn kull naħa tal-kontinent Awstraljan,  nagħmlu din l-istqarrija mill-qalb: It-tribujiet tagħna tal-Aboriġini u Torres Strait Islander kienu l-ewwel Nazzjonijiet sovrana tal-kontinent Awstraljan u l-gżejjer viċin, u kienu jipposseduhom skont il-liġijiet u l-użanzi tagħna. Hekk għamlu l-antenati tagħna, skont l-għarfien tal-kultura tagħna, mill-Ħolqien, skont il-liġi komuni minn ‘żminijiet lil hinn mill-istorja u l-memorja’, u skont ix-xjenza, aktar minn 60,000 sena ilu. Din is-sovranità hija twemmin spiritali: ir-rabta li ntirtet bejn l-art, jew ‘ommna n-natura’, u n-nies Aboriġini u Torres Strait Islander li twieldu minnhom, jibqgħu marbuta magħhom, u għandhom xi darba jerġgħu lura lejn dak il-post biex jingħaqdu mal-antenati tagħna. Din ir-rabta   hija l-bażi tal-jedd tal-ħamrija, jew aħjar tas-sovranità. Qatt ċeduta jew mirbuħa u teżisti flimkien mas-sovranità tal-Kuruna. Kif jista’ jkun mod ieħor? Li n-nies jippossedu art għal sittin millenja u din ir-rabta sagra tgħib mill-istorja tad-dinja f’sempliċiment fl-aħħar mitejn sena? B’bidla kostituzzjonali sostanzjali u riforma strutturali, aħna nemmnu li din is-sovranità antika tista’ taċċella permezz ta’ espressjoni aktar konkreta tan-nazzjon Awstraljan. Proporzjonalment, aħna l-aktar poplu kkalzrat fid-dinja.  Aħna m’aħniex poplu kriminali naturali. It-tfal tagħna huma aljenati mill-familji tagħhom b’rati bla preċedent. Dan ma jistax ikun għaliex aħna ma nħobbuhomx.  U ż-żgħażagħ tagħna jinżammu f’detenzjoni f’numri oxxeni. Għandhom ikunu t-tama tagħna għall-futur. Dawn id-dimensjonijiet għall-kriżi tagħna juru ċar in-natura strutturali tal-problema tagħna. Dan huwa t-turment tan-nuqqas ta’ saħħa tagħna. Aħna nfittxu riformi kostituzzjonali biex jagħtu setgħa lin-nies tagħna u jieħdu post xieraq fil-pajjiż tagħna. Meta jkollna setgħa fuq id-destin tagħna, it-tfal tagħna jiffjorixxu. Jimxu f’żewġ dinjiet u l-kultura tagħhom tkun rigal lil pajjiżhom.  Nitolbu għal twaqqif ta’ Vuċi tal-Ewwel Nies Sovrana fil-Kostituzzjoni. Makarrata hija l-kulminazzjoni tal-aġenda tagħna: l-għaqda flimkien wara taqbida. Tinkorpora l-aspirazzjonijiet taghna għal relazzjoni ġusta u vera man-nies tal-Awstralja u futur aħjar għat-tfal tagħna bbażat skont il-ġustizzja u d-determinazzjoni tagħna stess. Irridu Kummissjoni Makarrata biex tkun ta’ superviżjoni għal proċess ta’ ftehim milħuq bejn il-gvernijiet u l-Ewwel Nies Sovrana u li tingħad il-verità dwar l-istorja tagħna. Fl-1967 konna rikonuxxuti, fl-2017 irridu nkunu mismugħa. Inħallu l-post minn fejn bdejna u nibdew il-passaġġ tagħna ma’ dan il-pajjiz vast. Nistednukom biex timxu magħna f’moviment ta’ nies Awstraljani għal futur aħjar. 

 

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok żur il-websajt uffiċjali tal-Istqarrija mill-Qalb ta’ Uluru f’  jew ibgħat email lill-Indigenous Law Centre, UNSW f’ 

tinkludi aktar minn 20 lingwa Aboriġina (minn komunitajiet fin-Northern Territory u min-Northern Western Australia), li jkomplu jiżdiedu hekk kif aktar lingwi tal-Ewwel Nazzjonijiet ikunu tradotti. Il-kollezzjoni tinkludi wkoll aktar minn 60 Lingwa għall-komunitajiet Kulturalment u Lingwistikament Diversi fl-Awstralja.


 



Share